|
Messagg mis-Sindku Nigel Holland Din is-sena l-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) iddecieda li jzid premju iehor mad-diversi premjijiet li jaghti ta' kull sena lil dawk l-isportivi Maltin li jkunu ddistingwew ruhhom f'dik is-sena partikolari. Dan il-premju l-gdid ser jinghata lil dak il-kunsill lokali li l-aktar ikun wettaq hidma favur l-isports fil-lokalita` tieghu. Applikaw ghal dan il-premju 33 kunsill lokali li kellhom jelenkaw il-hidma taghhom f'dan il-qasam ghall-aggudikazzjoni. Minn dawn it-33 kunsill lokali, il-KOM ghazlet 8 finalisti li ser jiehdu sehem fis-serata finali meta ssir ic-cerimonja tal-premjazzjoni. Huwa ta' sodisfazzjon kbir ghalina li l-Kunsill Lokali Floriana huwa fost it-8 kunsilli lokali li l-KOM dehrlu li jikkontribwixxu l-aktar lejn l-isport fil-lokalita` taghhom. Sakemm dan il-ktejjeb jigi f'idejkom, ir-rebbieh tal-premju jkun maghruf izda anki jekk il-Kunsill Lokali Floriana ma jkunx ir-rebbieh ahhari, il-fatt li konna mal-ahhar 8 ga certifikat bizzejjed tal-importanza u l-appogg kontinwu li l-kunsill lokali taghna jaghti lill-isports fil-Floriana u mhux l-anqas lill-football Furjaniz. U l-kollaborazzjoni li estendejna ghal aktar minn darba lin-Nursery tal-Floriana FC biex jigi organizzat dan it-tournament annwali tal-Milied hija biss holqa ohra fil-firxa ta' ghajnuniet li estendejna u li behsiebna nkomplu nestendu lill-isport u lill-football Furjaniz. Dan naghmluh ghal diversi ragunijiet, fosthom biex naghmlu l-parti taghna biex l-isport Furjaniz jibqa' jiffjorixxi u jilhaq tragwardi godda ta' success, biex bhal fil-kaz tal-Floriana FC Nursery, nghinu fl-izvilupp fiziku, edukattiv u psikologiku tat-tfal taghna u biex nuru apprezzament lejn l-ghadd kbir ta' voluntieri li jiddedikaw hinhom, u gieli anki flushom, b'sagrificcji kbar biex il-Floriana tibqa' tghozz u tkattar it-tradizzjoni sportiva kbira, partikolarment fil-football, li ddistingwietha minn lokalitajiet ohra f'Malta. Naghlaq billi nawgura lid-dirigenti u l-players kollha tat-timijiet partecipanti f'dan it-tournament kull success u j'Alla li din il-kompetizzjoni tintlaghab bi spirtu sportiv biex johrog il-gid kollu possibbli ghall-izvilupp shih tat-tfal tan-nurseries kollha involuti fil-mixja taghhom f'din il-karriera sportiva li qabdu. |