STORJA FIL- QOSOR TAL- FLORIANA F.C. NURSERY

Il- Floriana F.C. Nursery twaqqfet ufficcjalment fl-1987 bil-ghan li taghti il-hajja il- loghba tal- futbol fil- Floriana. Dak iz-zmien is-settur govanili fi hdan il-club taghna kien dizorganizzat wahda sew, u nhasset il-htiega li ssir xi haga biex is-sitwazzjoni f'dan il-qasam hekk vitali ghall -club tiehu zvolta ghall-ahjar.Ma kinitx haga facli,imma numru zghir ta' voluntiera kienu determinati li ma jhallux il-problemi kbar li kien hemm jaqtghulhom qalbhom .

Ir-rizultati pozittivi ta din il-hidma bdew jidhru kwazi minnufih. In-numru ta' tfal fin -Nursery beda jizdied minn sena ghall-ohra,u l-livell, grazzi ghat-tahrig moghti minn ghadd ta Coaches dedikati,beda dejjem jitjieb ukoll. Ir-rizultati negattivi li ghal ghadd ta' snin kienu jiksbu it timijiet tal-Club taghna fil kampjonati organizzati mill- Youth F .A . Mhux talli waqfu talli bdew jigu rregistrati l-ewwel successi. Fil -fatt l-istagun 1988 / 1989 it-tim under/13 rebah il- kampjonat ta sezzjoni A u fit-tieni fazi tal -kompetizzjoni wasal ukoll sal-finali. L-ewwel kampjonat Nazzjonali fi zmien in-Nursery wasal fl-istagun 1993 / 1994 meta it-tim under/16 rebah sezzjoni A u l-fazi knock-out tal-kompetizzjoni u ghalhekk it-titlu Nazzjonali.
Wara dan is-success doppju fl-istagun imsemmi f'din il-kategorija kellna hafna successi notevoli u rbahna l-unuri ta' sezzjoni A f'erba' okkazzjonijiet ohra (94 / 95, 95 / 96, 97 / 98, 99 / 00 ) u it-titlu ta' Champions Nazzjonali hames darbiet ohra ( 94 / 95, 95 / 96, 96 / 97, 99 / 00, 01 / 02 ). Dawn is-successi gew naturalment konfermati fil-kampjonati tal-Youths organizzati mill-M.F.A. F'din il-kategorija t-tim taghna rebah sezzjoni A fl-istaguni : 96 / 97, 97 / 98 u 98 / 99 u t-titlu Nazzjonali sitt darbiet f'seba' staguni : 96 / 97, 97 / 98, 98 / 99, 99 / 00, 01 / 02, 02 / 03.
Fil-kategorija under/14 erbahna l-unuri ta' sezzjoni A fl-istaguni 89 / 90, 95 / 96 waqt li l-kampjonat Nazzjonali rbahnieh f'zewg okkazjonijiet ohra fl-istaguni 97 / 98 u 01 / 02 u unur iehor mirbuh din is-sena 06 / 07 kien in-Knock-out ta' under/14 sezzjoni A . In-Nursery taghna bir-ragun tiftahar li minn hdanha hargu ghadd kbir ta' plejers ta' livell tajjeb hafna li illum qed jilghabu fil-kampjonat Premier kemm mat-tim tal-Floriana FC kif ukoll ma' timijiet ohra fl-istess divizjoni. Hafna ukoll kienu dawk il-plejers li hargu minn Nursery taghna li libsu il-flokk tat-tim Nazzjonali Malti f'diversi kategoriji. Dan huwa certifikat mill-aqwa li ix-xoghol li sar u qed isir fin-Nursery taghna qed jaghti rizultati mill-aqwa.
Bhalissa in-Nursery taghna ghaddejja minn zmien felici u tajjeb hafna u biex tkun f'pozizzjoni dejjem ahjar biex tkompli taqdi il-missjoni taghha b'risq it-tfal li jattendu fi hdanha (li kull sena in-numru qieghed dejjem jikber) u b'risq il Floriana FC ghandha mhux inqas minn ghoxrin Coach kwalifikat jaghtu is-servizz taghhom lit-tfal tan-Nursery taghna biex l-aspirazzjoni taghna ilkoll li is-successi jibqghu jigu fis-snin li gejjin tkompli ssehh.